Hajr lil: ....... Kan. John Ciarlo u lis-Sur Herbert Naudi
       
» Pawlu Darmanin ( Fundatur) » Statut Gdid
» L-Ewwel Surmast 1874 -1877 » Mro. Francesco Bellizzi
» Debutt fit-Teatru Manuel » Mro. Cardenio Botti
» L-Ewwel President » L-Innu ta' "La Valette" 
» Isem Il-Banda  » Kazin Gdid ghall-Filarmonika  
» L-Ewwel Dehra tal-Banda Fit Toroq  » Skola Muzikali "La Valette" 
» L-Ewwel Dar tas-Socjeta'  » Rivista tas-Socjeta'  
» Mro. Emmanuele Bartoli  » Innu San Pawl 
» Kazin Gdid  » Kummissjoni Religjuza 
» Marci Funebri fil-Belt  » Tunez, Palermo, Messina u f' Como 
» Kazin f'Misrah Kastilja  » Konkors ta' Unur 
» Uniformi Gdida  » Milan u Ruma 
» Teatrin  » Is-Societa' "La Valette" u l-Billiards 
» Tas-Sliema  » Mro. Riccardo Zandonai 
» Dr. Agostino Naudi LLD (President)  » L-Onor. Mro. Giuseppe Mule' 
» Il-Kolera f'Malta  » Ottorino Respighi  
» Is-Surmast Paolo Miruzzi  » Iz-Zjara ta' Mro. Monsinjur Licinio Refice 
» Is-Surmast Gaetano Grech 1888 - 1889  » Inkoronazzjoni tar-Re Gorg VI 
» Mro. Vincenzo Carabott  » Mro. Giuseppe Camilleri 1937-1938 
» "La Valette" f'Tunez  » Il-25 Anniversarju tal-Kungress Ewkaristiku u l-Gwerra 
» Dr.Vincenzo Frendo azzopardi L.L.D.  » Sir Philip Pullicino Kt, B.Litt, LLD President 
» Pawlu Cutajar President  » Mons. Arcisqof Gonzi milqugh fil-Kazin 
» Sirakuza  » Ir-Rebha 
» Dr Fotunato Mizzi President  » Standard Irjali lil "La Valette" 
» Gubilew tal-Papa Ljun XIII  » Anniversarju tal-75 sena 
» Il-Kommendatur Joseph Howard  » Dr.G. Borg Olivier President 
» Societa' Mandolinistica 'La Valette"  » Dr. Enrico Mizzi 
» Kazin Gdid fi Triq Alessandro  » Inkoronazzjoni tar-Regina Elizabetta II 
» Surmastrijiet Barranin » Il-Kardinal Tedeschini 
» Mro. Gregorio Lucia  » Dr. Raybould Clarance 
» Noto, Palermo u Catania 
»
Mro. Francesco Bellizzi
» Monument tar-Redentur Divin 
»
Il-Kardinal Spellman 
» L-Avukat Goffredo Adami President 
»
Kxif ta' Lapida 
» 'La Valette' f'Bona 
»
Il-Festi Centinarji Pawlini 
» Twaqqif tas-Societa' Mutuo Soccorso 
»
Zjaratta' Kardinali u Isqfijiet barranin li zaru il-Kazin 
» Konkors Bandistiku f'Catania 
»
"La Valette" u L-Indipendenza 
» Konti Dottor Caruana Gatto LL.D. 
»
Il-Gvernatur Doman 
» Kazin gdid fi Triq San Gwann 
»
Mro. Edgar Lowell 1968-1970 
» Mro. Giuseppe Vitaliti 
»
Mro. Joseph Sammut 
» Il-Mewt tas-Sur Virgilio Germani 
»
"La Valette" tfakkar il-Mitt Sena mit-twaqqif taghha 
» "La Valette" f'Algiers 
»
Monument lil Gorg Borg Olivier 
» Konkorsi ta' Lettura a Vista u L-Ezekuzzjoni 
»
In-Nutar Joseph Cachia 
» Billiards 
»
Nazionale 
» Kungress Ewkaristiku 
»
Ktejjeb Informattiv 
» Pranzu lill-fqar fl-ewwel tas-Sena 1916  
»
Mro. Carmelo Pace 
» Dr. Lewis F.Mizzi Jinhatar President 
»
Muzicisti li hargu mill-banda "La Valette" 
» "La Valette" f'Catania 
»
"La Valette" Mija u Ghoxrin Sena 
» Dottor Ugo Mifsud President 
»
Lord Mayor 
» Mro. Ettore Mattioli 
»
Festa tal-Qalb ta' Gesu 
» It-Tabib Filippo Sceberras President Onorarju 
»
Kuncert Sinfoniku Kommemorattiv 
» Mro. Alessandro Vessela 
»
Kotba mahruga dwar l-Istorja ta' "La Valette" 
»
Mija Hamsin u Ghoxrin Sena ta' Anniversarju 
»
Il-Kuncert tal-Millenju 
» Solisti u Pjanu  » Dr. Francis Portanier B.A. (Hons) LLD. 
»
Dr. Albert Borg Olivier De Puget 1986-1992 
 

SOCIETA` FILARMONICA NAZIONALE “LA VALETTE”

Pawlu Darmanin

Imnebbah mill-muzika melodjuza u sinfonika ta’ Maestro Nani, fis-sena 1874, is-Sur Pawlu Darmanin, partitarju akkanit tal-festa ta’ San Pawl, imheggeg mill-entuzjazmu ta’ ghadd ta’ zghazagh Pawlini, fetah it-triq biex jinghata bidu ghat-twaqqif tas-Socjeta` Muzikali fil-Belt li tkun tista tibda tiehu sehem fic-celebrazzjonijiet esterni tal-festa ta’ San Pawl fl-10 ta’ Frar.

is-Sur Pawlu Darmanin

Fl-10 ta’ Dicembru 1874 quddiem in-nutar Dr. Giovanni Pullucino, hamsa u tletin zaghzugh Belti ntrabtu b’att pubbliku mas-Sur Pawlu Darmanin li jiffurmaw Socjeta` ta’ Banda Muzikali. F’dan l-att pubbliku, dawn iz-zghazagh iddikjaraw li huma jahtru bhala diretturi u kapijiet tas-Socjeta li kellha bidu taghha fid-19 ta’ Ottubru 1874, lis-Sinjuri Luigi Carabott u Pawlu Darmanin.


 fuq
L-Ewwel Surmast 1874 -1877

Is-Surmast Luigi Carabott kien imdahhal fiz-zmien sew pero` ma qatax qalbu u b’hegga zaghzugha medd ghonqu ghal din il-bicca xoghol tqila. Huwa kien vjolinista u Surmast tajjeb tal-mizika.

 

Luigi Carabott

 fuq
Debutt fit-Teatru Manoel

l-ewwel dehra tal-banda “LaValette” saret nhar it 28 ta’ Mejju , 1875 B’risq il-baritonu Lorenzo del Riccio, il-banda La Vallette daqqet Marcia, mazurka u galopp. Il-gazzetta Portafoglio Maltese fahhret lil din il-banda mmexxija minn Prof. Luigi Carabott u l-istess ghamlet il-gazzetta Iil Corriere Mercantile Maltese.

 

Teatru Manoel

 fuq
L-Ewwel President Il-Markiz Ramiro Barbaro di San Giorgio

Billi kienet ghada fil-bidunett taghha, il-banda kienet titmexxa minn kumitat provizorju. Bhala President ta’ dan il- kumitat kien intaghzel il-Markiz Ramiro Barbaro di San Giorgio.

 

il-Markiz Ramiro Barbaro

 fuq
Isem Il-Banda

Fil-bidu gew biex jaghtu isem lill-Banda l-gdida, il-fundatur taghha s-Sur Pawlu Darmanin mall-ewwel ippropona li din kellha tissejah Societa` Filarmonica San Paolo. Min-naha tieghu, il-President, in-nobbli Ramiro Barbaro ippropona l-isem tal-Gran Mastru La Vallette, l-istess bniedem li waqaf il-Belt Valletta. Din il-proposta ntghogbot u ntlaqghet b’akklamazzjoni, waqt li San Pawl inhatar bhala Patrun tas-Socjeta` Filarmonika.


 fuq
L-ewwel dehra tal-Banda fit-toroq

L-ewwel darba li l-Banda “La Valette” harget idoqq fit-toroq tal-Belt kien fl-okkazjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu, f`Lulju 1875. Daqqet ukoll ghall-ewwel darba fil-Festa ta` San Pawl fi Frar 1876.

L-ewwel dehra tal-Banda fit-toroq

 fuq
L-Ewwel Dar tas-Socjeta'  

Aktar ma beda ghaddej zmien, aktar ma beda jinhass il-bzonn li s-Socjeta` jkollha kazin taghha. Wara hafna tahbit, instabet dar fi Triq Punente u malajr krewha.


 fuq
Mro. Emmanuele Bartoli 1877-1885  

Mro. Emmanuele Bartoli li lahaq it-tieni surmast, studja l-armonija u l-pjanoforte taht il-Patri Agostinjan Giuseppe Spiteri Fremond li kien kompozitur, muzicista u Maestro di Cappella. Huwa tharreg fid-daqq tal-vjolin ma’ Guzeppi Micallef.

Mro. Emmanuele Bartoli

 fuq
Kazin Gdid 

Wara Triq Ponente b`hidma tal-kumitat instab post adattat ghall-kazin tas-Socjeta` fi triq Marsamxett. Wara li nkriet sarulha xi alterazzjonijiet biex tkun tista takkomoda is-socji u l-bandisti biex is-Socjeta tkun tista’ torganizza ruhha ahjar.


 fuq
Marci Funebri fil-Belt 

Sa qabel ma twaqqfet il-Banda “La Valette” il-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira li tohrog mill-knisja ta` Giesu fil-Belt kienet drawwa li jiehdu sehem fiha baned Militari tar-Risorgimento Reale Malta Fensibile.

Izda hekk kif twaqqfet “La Valette” mill-ewwel giet mistiedna biex tiehu sehem fil-purcissjoni. Sas-sena 1878, il-Banda kienet tiehu sehem billi takkumpanja l-purcissjoni fit-toroq imnejn tghaddi, Izda b`digriet ta` l-Isqof tal-20 ta’ Marzu 1879, il-baned ma setghux aktar jakkumpanjaw il-purcissjoni u kellhom idoqqu bil-wieqfa. Wara hafna tahbit u talbiet, fl-1897 il-Frattelanza qalghet il-permes mehtieg minghand l-awtorita` tal-Knisja biex il-Banda tkun tista terga’ tibda takkompanja fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira, miexja quddiem il-Vara l-Kbira.

Fl-1878 fit-Teatru Manoel ittella’ kuncert li fih il-Banda La Vallette daqqet innu f`gieh San Pawl. Fost il-mistiedna prezenti, kien hemm d-Duka ta’ Edinburgh flimkien mal-Gvernatur Van Strubenzee u s-sinjura tieghu.

Marci Funebri fil-Belt

 


 fuq
Kazin f'Misrah Kastilja 

Matul is-sena 1880, il-Kazin gie ttrasferit minn Triq Marsamxett ghal Pjazza Regina, illum Misrah Kastilja, li tigi kantuniera ma’ Triq Sant’ Ursla. Maz-zmien id-dar kbira li kienet il-Kazin ta’ “La Valette” bdiet isservi bhala Officers’ Mess tal-R.A.F. Din id-dar twaqqghet u flokha illum tela’ bini tal-Ufficcji tal-Gvern.


 fuq
Uniformi Gdida 

Fl-1880 izzanznet uniformi gdida li baqghet isservi sal-1893.


 fuq
Teatrin 

Fis-sena 1881 il-Kumitat iddecieda li jaghti permess biex fis-sala tal-kazin jibdew isiru teatrini.


 fuq
Tas-Sliema  

Fit-22 ta’ Marzu 1881 il-kumitat iddecieda li jikri appartament fid-dar tas-Sur Vincenzo Axisa fuq il-moll ta’ Tas-Sliema, Strada Marina f’ Tigne’ bhala Kazin ghas-soci fis-sajf. Fil-15 ta’ Mejju gie inawgurat dan il-kazin tas-sajf fejn il-bandisti u soci setghu jiltaqghu flimkien ghall-frisk tal-bahar flok fil-kazin tal-Belt.


 fuq
Dr.Agostino Naudi LLD. President  

Dr. Agostino Naudi LL.D. inhatar President gdid tas-Societa fil-25 ta’ Frar 1883, li Michele Costa jsejjahlu “unur tal-patrija, ta’ l-avukati u patrijott l-aktar qalbieni”. Huwa kien ukoll politiku bejn l-1883 u l-1892.

Dr. Agostino Naudi LL.D. President

 fuq
Il-Kolera f'Malta 

Minkejja li f’Malta kien hawn il-kolera, il-banda “La Vallette” baqghet tesegwixxi programmi muzikali fil-Pjazza San Gorg fil-Belt u fi bnadi ohra.


 fuq
Is-Surmast Paolo Miruzzi 1885-1888  

Wara li Mro. Emmanuele Bartoli halla id-direzzjoni tal-banda “LaValette”, il-kumitat hatar lill-assistant tieghu s-Surmast Paolo Miruzzi li baqa’ jmexxi ghal tlett snin minn 1885-1888.

Is-Surmast Paolo Miruzzi

 fuq
Is-Surmast Gaetano Grech 1888-1889 

F’din is-sena il-banda kienet taht it-tmexxijja tas-Surmast Gaetano Grech.

Is-Surmast Gaetano Grech

 fuq
Mro.Vincenzo Carabott 1889-1899 

F’seduta tat-2 ta’ Jannar 1890, il-kumitat approva n-nomina tas-Surmast Vincenzo Carabott bhala Direttur tal-Banda. Is-Surmast Vincenzo Carabott kien iben Luigi, l-ewwel direttur tal-Banda “La Valette”.

Mro. Vincenzo Carabott

 fuq
"La Valette" f'Tunez 

Fit-3 ta’ April 1891 il-banda zaret Tunez fejn giet milqugha minn follol kbar ta` Maltin u nies ohra. Is-Socjeta` daqqet programm muzikali fil-pjazza ta’ Bhaira. L-ghada daqqet marci fil-Cavalcata. Is-Socjeta giet mistiedna diversi drabi ohra f`Tunez bhal fil-25 ta` Mejju 1893 ghall-okkazjoni tal-ftuh tal-Port ta’ Tunez.

“La Valette” f’Tunez

 fuq
Dr.Vincenzo Frendo Azzopardi L.L.D. 1892-1894 

Fis-sena 1892 lahaq President Dr. V. Frendo Azzopardi. Irrezenja fis-sena 1894.


 fuq
Pawlu Cutajar 1894-1897; President 1894-1897 

Il-Kavallier u Neguzjant Pawlu Cutajar lahaq president gdid ghas-snin 1894-1897.  


 fuq
Sirakuza 

Ghall-ewwel darba fl-istorja taghha, il-banda “LaValette” fit-30 ta’ Settembru 1896 laqghet stedina biex iddoqq l-Italja, gewwa Sirakuza. L-istess ghamlet il-banda fit-28 ta’ Mejju 1897 meta is-Socjeta` Filarmonika “La Valette” reghet giet mistiedna mill- Municipju ta’ Sirakuza biex tiehu sehem fil-festa ta’ Santa Lucija.


 fuq
Dr.Fortunato Mizzi President tas-Socjeta' 1897-1898 

Kien fis-17 ta` Mejju 1897, li l-kumitat hatar lil Dottor Fortunato Mizzi bhala President tas-Socjeta` Filarmonika “La Valette”. Fid-29 ta’ Awissu 1898 kontra qalbu ta ir-rizenja tieghu.

Dr. Fortunato Mizzi President

 fuq
Gubilew tal-Papa Lyun XIII 

Ghall-okkazjoni tal-Gubilew tal-Papa Ljun XIII fl-ewwel tas-sena 1898 is-Socjeta` hadet sehem b’marci u programmi fit-toroq ewlenin tal-Belt.


 fuq
Il-Kommendatur Joseph Howard 

Is-Sur Joseph Howard gie mahtur Agent President tas-Socjeta`, dam agent President sal-4 ta’ Mejju 1901 meta inhatar President. X’inhi r-raguni ghaliex is-Sur Howard ma nhatarx mill-ewwel President ma nafux.

Il-Kommendatur Joseph Howard

 fuq
 Societa' Mandolinistica 'La Valette'

Din kienet ilha li twaqqfet u d-direttur taghha kien il-Mro. Antonio Miruzzi.

Sojieta` Mandolinistica “La Valette”

 fuq
Kazin Gdid fi Triq Alessandro 

Sede ohra tas-Socjeta` Filarmonika “La Valette” kienet tinsab f’numru 27 Triq Alessandro. Din kienet tigi fuq Putirjal, izda illum ma ghadiex tezisti minhabba it-twaqqieh ta’ l-istesss bieb wara l-gwerra.

Ir-Rizenja tas-Surmast Vincenzo Carabott giet moghtija fis-17 ta’ Ottubru 1899, ghaldaqstant fl-1 ta’ Dicembru 1899, il-kumitat hatar lis-Surmast Antonio Miruzzi bhala Agent Surmast ghal sena bid-dmir ukoll li jkompli bhala direttur tal-Mandolinistica.


 fuq
Surmastrijiet Barranin 

F`seduta tas- 27 ta` Ottubru, 1899, is-Segretarju s-Sur Virgilio Germani, ressaq proposta biex jittiehdu l-passi kollha mehtiega biex jigi nnominat Surmast barrani biex jiehu f`idejh id-direzzjoni tal-banda.

 


 fuq
Mro.Gregorio Lucia 1900-1910 

Fil-11 ta’ Jannar 1900 il-kumitat irnexxielu jakkwista s-servizz ta’ Mro. Gregorio Lucia, l-ewwel Surmast Direttur Taljan tal-Banda “La Valette”.

Mro.Gregorio Lucia

 fuq
Noto, Palermo u Catania 

Fuq stedina mill-Municipju ta’ Noto fi Sqallija, f’Awissu tas-sena 1900 il-Banda “La Valette” marret iddoqq fl-okkazjoni tal-Patrun ta’ Noto San Corrado. Fid-29 ta’ Gunju 1901, il-Banda “La Valette” flimkien mas-Socjeta` Mandolinistica, reghhu gew mistiedna f’Sirakuza u f’Noto. Fl-20 ta’ Gunju 1902 il-Banda “La Valette” halliet Malta fi triqitha lejn Palermo, flimkien ma’ hames mitt ruh li marru jakkompanjawha hemmhekk. Hawn tat diversi programmi u marci li entuzjazmaw lil kull min semaghhom, fost l-applawsi tan-nies li hargu fit-toroq jaghtuha merhba. L-Assocjazzjoni ta’ l-istampa Siciljana rregalat lill-Banda “La Valette” bandalora sabiha mahduma mill-Kav. Francesco La Torre ta` Messina. Il-Banda irceviet zewg bandalori ohra, wahda mis-Societa` Artistico Musicale Diritto e Giustizia b`medalja tal-fidda indurata, kif ukoll diploma iffirmata minn S.Garfola, President. Ftit xhur wara, f’Awissu, il- Banda “La Valette” laqghet it-talba li saritilha mis-Sindku ta’ Catania, is-Sur G. Leonardi, biex tiehu sehem fil-festi Belliniani li saru f’Catania. Fis-27 ta’ Mejju 1903, il-Banda “La Valette” regghet marret Catania biex tiehu sehem fic-cerimonja ta’ trasport tal-fdalijiet tal-Kardinal Dusmet li qabel kien Arcisqof ta’ din il-belt. Fit-28 ta’ Awissu, il-Banda u s-Socjeta` Mandolinistica ghamlu zjara ohra f’Noto Sqallija.

Id-Duka u d-Dukessa ta’ Connaught gew ghal zjara f’ Malta fil-25 ta’ Marzu 1901 u l-Banda “La Valette” hadet sehem fic-celebrazzjonijiet li saru ghal din l-okkazjoni bl-anzjanita.


 fuq
Monument tar-Redentur Divin 

Fit-22 ta’ Settembru 1901, il-Banda “La Valette” giet mistiedna biex iddoqq fl-okkazjoni ta’ l-inawgurazzjoni u l-benedizzjoni tal-monument tar-Redentur Divin li tpogga fuq l-gholja tal-Virtu. Il-Banda daqqet is-sinfonija La Bella Malta u L-Innu tal-Papa. Waqt il-kxif tal-monument, il-Banda daqqet innu iehor bil-kor tat-tfal ad-unur ta’ Gesu Redentur, kompozizzjoni tal-Prof. Gregorio Lucia fuq versi ta` Dr. Ruggiero Serge M.D.


 fuq
L-Avukat Goffredo Adami President 1902-1907 

Wara li fit-28 ta’ Novembru, 1902 is-Sur Joseph Howard ta r-rizenja tieghu minn President tas-Socjeta`, il-kumitat fis-seduta tas-26 ta’ Jannar 1903, hatar b’vot unanimu lill-Avvukat Goffredo Adami bhala President minfloku.


 fuq
'La Valette' f'Bona 

Is-Socjeta` Filarmonika “La Valette” laqghet talba biex tmur iddoqq f’Bona ghall-okkazjoni tal-festi tar-Repubblika Franciza fl-14 ta’ Lulju 1904. Din l-istedina saret mill-kolonja Maltija ta’ Bona. Ghat-tieni darba fl-istorja taghha, il-Banda “La Valette” f’April 1908 marret Bona biex tiehu sehem fil-Konkors Internazzjonali tal-Muzika.

L-organizazzjoni ta’ dan il-Konkors Internazzjonali kien taht il-Presidenza tal-Gvernatur ta’ l-Algiers, tal-kompozitur kbir Massenet u ta’ diversi personalitajiet civili u militari gholja tal-pajjiz. F’dan il-Konkors Internazzjonali il-Banda “La Valette” hadet l-ewwel premju ghall-ezekuzzjoni u nghatat statwa tal-bronz. Hadet ukoll l-ewwel premju ta’ l-Unur u rebhet medalja tad-deheb u 1,500 franki.

“La Valette” f’Bona

 fuq
Twaqqif tas-Societa' Mutuo Soccorso  

Fis-seduta tal-Kumitat, tat-2 ta’ Novembru 1904, il-Kumitat iddecieda li jwaqqaf din is-Socjeta` fost il-Bandisti. Skond dan l-Istatut, il-Bandisti membri ta’ din is-Socjeta` kellhom ihallsu sold fil-gimgha u meta jimirdu seta’ jkollhom is-servizz tat-tabib u tal-medicini b’xejn.

Barra minn hekk kellhom dritt ghal xelin kuljum u f’kaz ta’ mewt, is-Socjeta` kienet tiehu hsieb biex thallas l-ispejjez tal-funeral jekk dawn ma jkunux aktar minn hames liri. Fil-kaz li ma jsirx il-funeral, il-familja tal-mejjet tinghata hames liri. Din is-Socjeta` Mutuo Soccorso “La Valette” giet inawgurata fl-1 ta’ Jannar 1905.

L-imhallef Pawlu Debono Waqqaf il-fond Mutuo soccorso

 fuq
Konkors Bandistiku f'Catania 

Fit-13 ta’Awissu 1906, il-Bnda “La Valette” marret Catania biex tiehu sehem fil-Konkors Bandistiku li sar f’din il-Belt. F’dan il-konkors, il-gurija tat il-massimu tal-punti lill-Banda “La Valette” u rregalatilha Diploma ta`l-Ewwel Grad, Medalja tad-Deheb u Bandalora sabiha.


 fuq
Konti Dottor Caruana Gatto LLD. 1907-1909 President 

Wara il-mewt ta’ Dr. Goffredo Adami, f’seduta tal-Kumitat tat-13 ta’ Jannar 1908, il-Kumitat hatar b’vot unanimu lill-Konti Dottor Alfredo Caruana Gatto LL.D. bhala President. Wara sentejn li dam jippresiedi irrezenja u ghaldaqstant il-Kumitat fis-seduta tas-26 ta’ Lulju, 1909 rega hatar ghat-tieni darba lill-Kav. Komm. Joseph Howard bhala President.

Konti Dottor Alfredo Caruana Gatto LL.D.

 fuq
Kazin gdid fi Triq San Gwann 

Fi Frar tal-1911 is-Socjeta` kriet dar kbira fi Triq San Gwann, numru 111, fejn illum hemm il-Cumberland Hotel.


 fuq
Mro.Giuseppe Vitaliti 1910-1919 

Wara r-rizenja ta’ Mro. Gregorio Lucia, il-Banda “La Valette”, li ghada sallum tibda d-daqq taghha fil-marcijiet fit-toroq bir-roll (Daqq tat-tambur) bhala sinjal biex tingibed l-attenzzjoni tal-Bandisti, drawwa li kien dahhala ghall-ewwel darba Mro. Lucia, il-Kumitat kiseb Surmast gdid Mro. Giuseppe Vitaliti minn Catania.

Mro. Giuseppe Vitaliti

 fuq
Il-Mewt tas-Sur Virgilio Germani 

Is-Socjeta` tilfet wiehed mill-aqwa hbieb u benefatturi taghha. Ghal wiehed u tletin sena shah huwa qeda d-dmirijiet tieghu bhala Segretarju bl-akbar ezattezza u skruplu, infatti hafna mit-taghrif li qed ingibu hawn gew mehuda mill-kotba tal-minuti tieghu.

Prezentazzjoni ta’ Standard irjali mir-Re Gorg V gie moghti lill-Banda “La Valette” fl-24 ta’ Jannar 1912, waqt zjara tieghu f’Malta.


 fuq
"La Valette" fil-Konkors Internazzjonali tal-Muzika f'Algiers 

Fis-7 u 8 ta’ April, 1912 f’Algiers sar Konkors Internazzjonali li fih hadu sehem 94 Socjeta` Muzikali, fosthom iz-zewg Baned tal-Belt: “Il-Kings Own” u “La Valette”. Ir-rizultat kien jaqra hekk:-

“La Valette” fil- Konkors Internazzjonali tal-Muzika f’Algiers

 fuq
 Konkorsi ta' Lettura u Ezekuzzjoni

Konkors ta`Lettura a Vista: Armonia

Divizjoni Superjuri: It-Tieni Sezzjoni. L-ewwel Premju (kuruna tar-rand u 80 fr.)- Il-Banda “La Valette” ta’ Malta;

Konkorsi ta` L-ezekuzzjoni. Armonia

Divizjoni Superjuri: - It-Tieni Sezzjoni. L-Ewwel Premju bil-felicitazjoni tal-Gurija (kuruna tar-rand): - il-Banda “La Valette” ta’ Malta, u Diploma lis-Surmast.

Il-banda “La Valette” mil-lum il-quddiem hija obbligata tikkonkorri fid-divizzjoni tal-Baned ta’ l-Eccelenza.


 fuq
Billiards 

Ghall-ewwel darba fl-istorja ta’ “La Valette”, fix-xahar ta’ Novembru saret l-ewwel partita Billiard bejn it-tim ta’ “La Valette” u s-Central Team tal-Artillerija Ingliza. Rebah it-tim ta’ “La Valette” b`numru kbir ta’ punti (1200 punt ghat-tim Malti u 653 ghat-tim Ingliz).


 fuq
Kungress Ewkaristiku  

“La Valette” hadet sehem kbir fil-Kungress Ewkaristiku li sar gewwa Malta fis-sena 1913. Minbarra s-sehem shih taghha miuzikali matul il-jiem tal-kungress, is-Socjeta` “La Valette” tat pranzu fil-kazin taghha lil 100 persuna foqra,

ghal dan il-pranzu attenda l-Kardinal Alessandro Lualdi, iservi l-foqra waqt l-ikel kien hemm fost ohrajn l-Isqof Mons. Antonio Maria Grasselli ta’ Viterbo, l-Isqof Mons. Francesco Maria Berti ta’ Amelia, il-Kan. Emmanuele Pullucino u Mons. Kan Dun Pawl Muscat, Dun G. Francalanza u Dun L. Ferriggi flimkien mal-membri tal-Kumitat u l-familji taghhom.

Kungress Ewkaristiku

 fuq

Fit-13 ta’ Frar 1916 il-Kumitat u s-Soci ta’ “La Valette” ghamlu pranzu fil-Kazin lil hamsin ragel fqir. L-Isqof Caruana kien mistieden biex jiekol magghhom kif fil-fatt ghamel.

Sadattant bosta Kanonci, Sacerdoti u membri tal-Kumitat bdew iqassmmu l-ikel, kif ra hekk, l-Isqof Dom Mauro Caruana qam minn fuq il-mejda u hu stess beda jqassam l-ikel lill-foqra.
Pranzu lill-fqar fl-ewwel sena mill-konsagrazzjoni episkopali ta’ l-Isqof Dom Mauro Caruana

 fuq
Dr.Lewis F.Mizzi Jinhatar President 1917-1918 

Wara r-rizenja tal-Kom. J. Howard li saret fis-26 ta’Awissu 1917, f’sedudta tal-Kumitat tal-25 ta’ Settembru 1917, hatar b’akklamazzjoni lil Dottor Lewis F. Mizzi bhala President gdid tas-Socjeta`.


 fuq
"La Valette" f'Catania 

F’Awissu l-Kumitat laqa’ stedina biex il-Banda “La Valette” tmur iddoqq f’Catania u f’Acicatena fl-okkazjoni tal-festi ta’ Ferragosto.


 fuq
Dottor Ugo Mifsud mahtur President tas-Socjeta' 

Fis-seduta tal-kumitat tal 14 ta` Awissu 1918, il-kumitat hatar b`akklamazzjoni lil Dott Ugo Mifsud bhala President tas-Societa.

Dottor Ugo Mifsud

 fuq
Mro. Ettore Mattioli 1920-1921 

F’Ottubru tal-1919, Maestro Giuseppe Vitaliti temm il-kariga tieghu bhala Direttur tal-Banda. Il-Kumitat ma damx wisq ma nieda konkors fl-Italja biex jinstab Surmast gdid Taljan. Kien fid-19 ta’ Novembru 1919, li l-Kumitat hatar lill-Kav. Ettore Mattioli bhala Surmast gdid. Huwa kien wiehed mill-aqwa surmastrijiet ta’ l-Italja. Fi ftit zmien li dam imexxi l-Banda irnexxielu jorganizzaha u gaba hafna il-quddiem.

Mro Ettore Mattioli

 fuq
It-Tabib Filippo Sceberras mahtur President Onorarju tas-Socjeta' 

Fil-11 ta’ Dicembru 1919, il-Kumitat hatar b’akklamazzjoni lil Dr. Filippo Sceberras bhala President Onorarju ftit wara ghamlet l-istess ma’ l-Onor. Dottor Enrico Mizzi u mal-Mons. Ignazio Panzavecchia, Presidenti Onorarju ghall-meriti Patriottici taghhom.

It-Tabib Filippo Sceberras

 fuq
Il-Banda z-Zghira 

Fi zmien Mro. Mattioli il-Banda kellha bhala Assistent Surmast lil Ganni Grech, jew Ganninu kif kienu jsejhulu. Tant kellu ghal qalbu lill-allievi li organizza banda ghalihom – La Piccola Banda

Il-Banda z-Zghira

 fuq
Mro. Alessandro Vessella 

Minhabba ragunijiet ta’ sahha Mro. Mattioli irrezenja. Mro. Alessandro Vessella wasal Malta f’Mejju 1922, u kien igawdi fama mondjali bhala Surmast, Direttur, Organizzatur u Riformatur.

Mro. Alessandro Vessella

 fuq
Statut Gdid 

F’Jannar tal-1923 sar Statut gdid tas-Socjeta`.


 fuq
Mro. Francesco Bellizzi 1921-1923 

Fis-Seduta Generali tal-24 ta’ Frar 1923, is-Segretarju f`isem is-Socjeta` irinngrazzja lil Mro. Francesco Bellizzi li b’sagrifficcju personali kien mexxa l-Filarmonika minn Ottubru 1921 sa Frar 1923. Huwa kien informa lill-kumitat li Mro. Bellizzi kien ghamel dan bla interess izda kien imqanqal biss mill-imhabba lejn is-Societa. Il-membri tal-kumitat qamu bil-wieqfa u tawh applaws.


 fuq
Mro. Cardenio Botti 1923-1935 

Qabel ma Mro. A. Vessella kien halla Malta, huwa kien wieghed lis-Socjeta` li jsibilha Surmast addadat. Fil-fatt meta wasal Ruma huwa hadem biex id-direzzjoni tal-Filarmonika “La Valette” tigi fdata f’idejn Mro. Cardenio Botti. Fis-seduta tas-27 ta’ April 1923, l-Onor. Dr. Ugo P. Mifsud il-President tas-Socjeta` introduca lill-membri tal-Kumitat is-Surmast il-gdid tal-Filarmonika, Mro. Cardenio Botti.

Mro. Cardenio Botti

 fuq
L-Innu ta' "La Valette" 

L-Innu ta’ “La Valette”

L-Innu “La Valette” indaqq ghall-ewwel darba ghall-festa nazzjonali tat-8 ta’ Settembru, l-ghada 9 ta’ Settembru fil-Belt Valletta fuq muzika u versi ta’ Mro. C. Botti.

L-Innu ta’ “La Valette”

 fuq
Kazin Gdid ghall-Filarmonika 

Fit-18 ta’ Ottubru 1924 saret l-inawgurazzjoni tal-kazin il-gdid fi Triq Irjali, illum Triq ir-Repubblika. Il-palazz kien maghruf bhala Manchester House

Din is-sede ghada taqdi il-htigiejiet tas-Socjeta` sal-gurnata tal-lum. Issa f’dan il-post il-gdid il-kummissjonijiet differenti li diga’ kienu twaqqfu, bhal dawk tal-Billiards, Festini, Ballijiet u ohrajn bdew izidu fl-attivitajiet taghhom. Fil-jiem tal-Karnival, il-Kummissjoni Ballijiet bdiet torganizza l-ballijiet u l-veljuni, u sahansitra anki ballijiet ghat-tfal. Il-Kummissjoni festini kienet ta spiss torganizza fil-kazin kuncerti muzikali, u kull nhar ta` Hadd filghodu mill-10.00 a.m. sa 12.30p.m. Fil-kazin kien ikun hemm orkestra iddoqq.
Kazin gdid ghall-Filarmonika

Fis-sala l-kbira tal-kazin kull nhar ta’ Sibt kien isir it-teatrin ghall-familji tas-Soci. Kienet tiehu sehem il-Kumpanija Maltija l-Indipendenza.

 


 fuq
Skola Muzikali "La Valette" 

Din l-iskola mwaqqfa minn Botti kienet bla hlas u l-kumitat kien jaghmel kull sagrifficcju biex izommha ghax kien konvint mill-importanza taghha. Din ghada tghallem lill-allievi godda. Surmast jghallem strumenti tar-ram u iehor tal-qasba.


 fuq
 Rivista tas-Socjeta'

Is-Sur Giacinto Tua P.L. dahal responsabbli ghall-pubblikazzjoni ta’ din il-gazzetta.


 fuq
Innu San Pawl 

Kien fid-9 ta’ Frar 1925, lejlet il-festa tan-Nawfragju ta’ San Pawl, li l-Banda “La Valette” zanznet dan il-marc li hu kompozizzjoni ta’ Mro. C. Botti.

Marcia San Paolo


 fuq
Kummissjoni Religjuza 

Twaqqfet mill-Kan. Gorg Aquilina u l-Kan. Dun Achille Refalo u xi membri tal-Kumitat.

Athletic Olympic Sports Organizzat minn “La Valette”

Fit-30 u 31 ta’ Mejju 1925, bl-inizjattiva tas-Socjeta`, saret ghall-ewwel darba f’Malta laqgha sportiva kbira bl-isem ta’ Olympic Athletic Sports fl-Empire Sports Ground.


 fuq
Tunez, Palermo, Messina u Como 

Tunez, Palermo u Messina

Il-banda “La Valette” flimkien ma’ 400 ruh, marret Tunez, Palermo u Messina bejn it-2 u t-30 ta’ Mejju 1926. Tlett xhur wara dan il-vjagg il-Kumitat laqa’ stedina li saritlu mill-Kumitat tal-Festi Centinarji ta’ S. Agata f’Catania biex il-Banda tiehu sehem f’gheluq it-8 Centinarju ta’ S.Agata bejn l-14 u 17 ta’ Awissu 1926. Fis-sena 1928, il-Banda ghal darb’ohra regghet marret Catania biex tiehu sehem fil-festa ta’ Sant’Agata.

“La Valette” fil-konkors Bandistiku Internazzjonali f’ Como

Il-konkors infetah is-Sibt, 27 t`Awissu 1927. Ir-rizultat kien dan: -

Konkors tal-lettura a prima vista:

L-ewwel premju ma gie moghti lil hadd.

I-tieni premju lill-Filarmonika “La Valette” ta’ Malta pprezentata b’ medalja tad-deheb tal-Gr. Uff. Stucchi.

Konkors ta’ Ezekuzzjoni:

L-ewwel premju lill-Filarmonika “La Valette” ta’ Malta.


 fuq
Konkors ta' Unur 

L-ewwel premju lill-Filarmonika “La Valette” u lill-Banda King`s Own, pari merito, u jiehdu 8,000 lira Taljani kull wiehed.

Premju tad-Direzzjoni:

Lis-Surmast C. Botti skond l-Art. 26 tar-regolamenti tal-Konkors medalja tad-deheb tad-Dar Editrici Musicali G. Ricordi & Co.


 fuq
Milan u Ruma 

Milan

Fid-29 ta` Awissu, il-Banda tat kuncert f’Milan fi Piazza della Scala

Ruma

Fil-31 ta’ Awissu il-Banda “La Valette” ezegwiet programm fil-pjazza tal-Pincio.

Malli il-Banda waslet f’Malta sabet folla kbira qed tistenniehom biex taghtihom merhba. Sena wara minn din ir-rebha twahhlet mal-hajt tal-faccata ta` gewwa tal-Kazin lapida. Mis-sena 1975, baqghet issir kommemorazzjoni ta’ Como b’kuncert kull sena. Ghal numru ta’ snin dan kien jinzamm fi Pjazza Regina. Issa dan isir kull sena fit-teatru Catholic Institute.


 fuq
Is-Societa' "La Valette" u l-Billiards 

Fl-4 ta’ Dicembru 1938, saret l-ewwel laqgha tal-Billiards ta’ Malta biex isir statut gdid u dan gie rikonoxxut mill-Assocjazzjoni Ingliza,


 fuq
Mro. Riccardo Zandonai 

Kien mistieden il-kazin nhar it-13 ta’ Dicembru 1931. Il-Banda daqqet programm ad unur tieghu. Is-Surmast Zandonai, wara kelmtejn qabad il-bakketta u idderiega l-istess Cavalcata li kien qed jiddergiha l-istess kompozitur taghha.

Mro. Riccardo Zandonai  mal-kumitat tas-socjeta

 fuq
L-Onor. Mro. Giuseppe Mule' 

Fil-5 ta’ Frar 1933, is-Socjeta` tellghet b’giehu Kuncert Sinfoniku kbir fit-Teatru Rjal. Mro. G. Mule` tela’ fuq il-pedana u, fost l-applawsi tan-nies, idderiega zewg kompozizzjonijet tieghu mill-isbah is-suite Una Notte a Taormina u Sicilia Canora mill- Fioriscono gli Aranci.

L-Onor. Mro. Giuseppe Mule` fit-Teatru Rjal

 fuq
Ottorino Respighi 

Fil-25 ta’ Dicembru 1933, il-maghruf Mro. Ottorino Respighi dderiega b’herqa l-Banda “La Valette” fil-kompozizzjoni klassika tieghu Hunting Tower waqt kuncert fit-Teatru Rjal.

Ottorino Respighi fit Teatru Rjal

 fuq
Iz-Zjara ta' Mro. u Kompozitur Monsinjur Licinio Refice 

Matul iz-zjara tieghu f’Malta, is-Socjeta` ghamlet riceviment b’giehu fil-Kazin, li matulu dderiega il-Banda “La Valette” f’selezzjoni ta’ l-opra tieghu Il Martiriodi S. Agnese. F`din l-okkazjoni kanta l-istudent universitarju John Spiteri.

Aktar il-quddiem fil-Kazin “La Valette” tqieghdet irhama bhala tifkira ta’ dawn id-Direttur u Kompozituri. Il-bakketti li bihom iddirgew il-Banda “La Valette” Mro. Respighi, Mro. Mule u Mro. Zandonai, jinsabu merfughin b’ghozza gewwa vetrina fis-Sala tat-Tezor tal-Kazin.

Mro.Licinio Refice fil-Kazin

 fuq
Inkoronazzjoni tar-Re Gorg VI 

Ghal din l-okkazjoni tal-inkoronazzjoni f’ Mejju 1937, “La Valette” ghamlet programm muzikali fit-13 ta’ Mejju fi Pjazza San Gorg.


 fuq
Mro. Giuseppe Camilleri 1937-1938 

Wara 12 sena Mro. Gardenio Botti halla Malta. Fit-28 ta’April 1937, il-Kumitat hatar lil Mro. Giuseppe Camilleri bhala s-Surmast u Direttur tal-Banda.

Mro. Giuseppe Camilleri

 fuq
Il-25 Anniversarju tal-Kungress Ewkaristiku u il-Gwerra 

Il-Banda “La Valette” laqghet stedina biex iddoqq ghal dan l-anniversarju s-Surmast G. Camilleri kkompona l-Innu fuq versi ta’ Gorg Zammit B.A. (Lond).

Il-Gwerra

Fl-1941 bomba kbira hezzet il-kazin sa mis-sisien u garrfet il-parti ta’ gewwa fuq in-naha tal-lemin. Ftit wara fl-istess post iggarraf ajruplan tal-ghadu; fortunatament hadd ma ndarab ghalkemm kien hemm herba shiha.


 fuq
Sir Philip Pullicino Kt, B.Litt, LLD President 1942-1950 

F’seduta tat-23 ta’ Gunju 1943, tlaqqghet Seduta generali ohra li fiha ntghazel Sir Philip Pullicino bhala President tas-Socjeta`.

l-Hadd 12 ta’ Settembru f’Malta giet iccelebrata il-waqgha ta’ l-Italja. “La Valette” flimkien mal-Kings Own ghamlet Marc tar-Rebha. Hekk kif spiccat il-gwerra il- Kumitat ha hsieb jaghmel kuntratt iehor ma’ Mro. G. Camilleri, waqt li-hatar lis-Sur Edgar Lowell bhala surmast ta’ l-allievi.

Sir Philip Pullicino Kt, B.Litt., LL.D President

 fuq
Mons. Arcisqof Gonzi milqugh fil-Kazin 

Fit-22 ta’ Mejju 1944, Mons. Arcisqof Mikiel Gonzi ha l-pussess tieghu fl-Mdina. F’dim l-okkazjoni, il-Banda “La Valette” daqqet programm muzikali filghaxija fi Pjazza tal-Palazz il-Belt, fejn baqghet tistennieh jasal lura mill-Imdina ghall-habta tat- 8.00 p.m. imbaghad imxiet quddiem il-karozza tieghu iddoqq il-marcijiet u akkumpanjatu sal-Palazz tieghu. Fid-29 ta’ Mejju huwa kien mistieden ghal riceviment li sar b’giehu.

Mons . Arcisqof Mikiel Gonzi milqugh fil-Kazin

 fuq
Ir-Rebha 

F’Gunju tal-1946, fil-Belt, saru celebrazzjonijiet tar-rebha tal-Ingilterra u l-Alleati fuq il-qawwiet Nazisti u Faxxisti, u il-Baned tal-Belt “La Valette” u l-Kings Own daqqew marcijiet brijjuzi.

Fil-5 ta’ April 1947, Sibt il-Ghid il-Kbir, sar l-ewwel kuncert u Saggio tal-Allievi wara l-snin tal-Gwerra.


 fuq
Standard Irjali lil "La Valette" 

Fl-10 ta’ Novembru wara stedina li saret lill-banda f’San Anton ghall-okkazjoni tal-ftuh tal-Parlament, gie ipprezentat lis-Socjeta` l-istandard irjali mid-Duka ta’ Gloucester.

Standard Irjali lil “La Valette”

 fuq
Anniversarju tal-75 sena 

“La Valette” iccelebrat il-75 sena mit-twaqqif taghha. F’kuncert li tat gewwa ir-Radio City il-Filarmonika “La Valette” zanznet strumenti godda ta’ Boosey & Hawkes li qam Lm20,000. Barra minn hekk saru quddies, kuncerti u at home li fih kien mistieden il-Gvernatur Sir Gerald u Lady Creasy, li ntalab jikxef lapida kommemorattiva bl-isem tas-Sur Pawl Darmanin, Fundatur tas-Socjeta`. Ghal din l-okazzjoni gie stampat fuljett b’tifkira tal-75 sena anniversarju.

Anniversarju tal-75 sena

 fuq
Dr. G. Borg Olivier LLD. President 1950-1980 

Wara r-rizenja ta’ Sir Phillip Pullicino inhatar President tas-Socjeta` fis-16 ta’ Jannar 1950.

Dr. G. Borg Olivier LL.D. President 1950-1980

 fuq
Dr. Enrico Mizzi 

Fil-korteo li sar mill-Belt sal-Bombi, hadet sehem il-Banda “La Valette” li taghha Dr. Nerik Mizzi kien habib antik, ammiratur kbir, benefattur u President Onararju.

Dr. Enrico Mizzi - Funeral

 fuq
Inkoronazzjoni tar-Regina Elizabetta II 

Fit-2 ta’ Gunju 1953, saret l-inkoronazzjioni tar-Regina f’Malta u saru festi kbar. “La Valette” kien ghamel karru tal-Banda li kien jirrapprezenta “Kuruna offerta minn Malta lir-Regina zaghzugha u twajba taghha”. Fl-istess waqt Mro. Camilleri kkompona Invocation dedikata lill-M.T. r-Regina fuq versi ta’ Dr. G. Zammit.

Fit-3 ta’ Mejju 1954, waqt zjara rjali f’Malta tar- Regina, il-Filarmonika “La Valette” ezegwiet programm ta’ muzika klassika fi Pjazza Regina.

F’Novembru 1967, ir-Regina ipprezentat standard irjali lill-Vici President is-Sur Pawlu Pace, dan sar waqt zjara tar-Regina f’Malta.


 fuq
Il-Kardinal Tedeschini 

Fit-3 ta’ Awissu 1955, matul iz-zjara tieghu f’Malta, il-Kard. Tedeschini gie mistieden fil-Kazin ghal-Laqgha Socjali b’giehu.

Il-Kardinal Tedeschini

 fuq
Dr. Raybould Clarance 

F’April tas-sena 1957, gie Malta c-celebri Direttur Ingliz Dr. Raybould Clarance. Waqt laqgha socjali li s-Socjeta` organizzat f’giehu, il-Banda “La Valette” ezegwiet taht id-direzzjoni tieghu aria ta’ Bach li giet imfahhra hafna mill-istess Direttur.


 fuq
Mro. Francesco Bellizzi Agent Surmast Direttur 1921-1923 u 1935-1937 

Fil-25 ta’ Gunju 1956, is-Socjeta`tilfet wiehed mill-akbar benefatturi u hbieb taghha, il-Mro. Bellizzi li kien ukoll Direttur Onorarju. Ghal darbtejn kien Agent Direttur tal-Banda bejn is-snin 1921-1923 u bejn 1935-1937. Huwa hadem dejjem gratitwament u kien l-id il-leminija ta’ Mri. Vessella u Botti. Ghal snin twal kien membru tal-Kumitat.


 fuq
Il-Kardinal Spellman 

Waqt zjara f’Malta tal-Kardinal Francis Spellman, hekk kif kien ghaddej minn quddiem il-kazin ix-xufier waqqaf ghal ftit il-karozza u membri tal-kumitat offrewlu bukketti ta’ fjuri, b’turija ta’ gratitudni. Il-Kardinal offra lis-Socjeta` l-kallotta kardinalizja tieghu.

Il-Kardinal Spellman

 fuq
Kxif ta' Lapida 

Il-Hadd 25 ta’ Jannar 1960, l-Onor. Imhallef Kav. William Harding kixef lapida bl-ismijet kollha tal-Presidenti tas-Socjeta`.

Kxif ta’ lapida

 fuq
Il-Festi Centinarji Pawlini 

Kienet il-Banda “La Valette” li tat bidu ghall-festi ta’ barra b’marc li ghamlet it-Tnejn, 25 ta’ Jannar 1960, festa tal-Konversjoni ta’ San Pawl. “La Valette” kompliet tiehu sehem attiv hafna f’dawn ic-celebrazzjonijiet nazzjonali ukoll. Is-Surmast G. Camilleri ikkompona “Id-Dawl Mit-Tempesta”, 1i inkitbet ghall-okkazjoni fuq versi tal-poeta Dun Frans Camilleri.


 fuq
Zjarat ta' Kardinali u Isqfijiet barranin li zaru il-Kazin 

Is-Socjeta` kellha bosta zjarat minn Kardinali u Isqfijiet, fosthom: Il-Kard. Valerian Gracias, Arcisqof ta’ Bombay, il-Kard. P. Marella, l-Arc. G. O’Hara, L.Arc. E.Florit Mons. A. Nuer Mons. G. Perniciano Mons. C. Ferrero Mons.A.J. Muench, Mons.Redent Gauci O,Carm, Mons. E.Benjamin u Mons. Leo Tigga S.J. , IL-Kard. Bejamin Arriba y Castro, il-Kard. Josyf Slipyi, l-Isqof Mons. Alvares Acaccio Nunzju Apostoliku Hose Sebastian Laboa u bosta ohrajn li zaru l-kazin matul iz-zmienijiet.


 fuq
"La Valette" fil-Festi ta' L-Indipendenza  

Fis-19 ta’ Settembru l-Banda “La Valette” flimkien mal-Banda “Kings Own” ghamlet marc alla veneziana fi Triq Irjali u programm muzikali fi Pjazza Regina. Ftit jiem qabel ma bdew il-festi ta’ l-Indipendenza, il-Kazin sar festin mis-soci f’gieh l-Onor Dr. Gorg Borg Olivier, President tas-Socjeta` li bit-thabbrik tieghu Malta kienet kisbet l-Indipendenza taghha.

“La Valette” fil-Festi ta’ L-Indipendenza

 fuq
Il-Gvernatur Dorman 

Il-Gvernatur Dorman

Fid-29 ta’ Settembru 1965, il-Gvernatur Sir Maurice Dorman akkumpanjat mis-Sinjura tieghu Lady Dorman ghamel zjara fil-Kazin.


 fuq
Mro. Edgar Lowell 1968 - 1970

F'’Mejju tas-sena 1968 is-Surmast Giuseppe Camilleri temm mil-kariga tieghu ta’ Surmast Direttur tal-banda wara wiehed u tletin sena li dam jidderiegi. Sadanittant imexxi lill-Filarmonika kien hemm is-Surmast Edgar Lowell li baqa’ jmexxi lill-banda fis-snin 1968-1970.

Mro. Edgar Lowell

 fuq
Mro. Joseph Sammut 1970 

F’seduta tal-kumitat ta’ 4 ta’ April 1970, il-Kumitat hatar lil Mro. Joseph Sammut bhala surmast tal-Banda “La Valette”.

Mro. Joseph Sammut

 fuq
"La Valette" tfakkar il-Mitt Sena mit-twaqqif taghha 

Is-sena 1974 habtet is-sena centinarja tal-fondazzjoni tas-Socjeta`, u ghalhekk saru festi xierqa. Dawn gew celebrati b’quddies, kxif ta’ lapidi, ricevimenti fil-kazin, saggio mill-allievi u d-daqq tal-baned mistiedna. Tpoggew fjuri fuq l-oqbra tas-Socjeta`, saru marci trijonfali mill-istess Banda u kuncert fit-Teatru Manoel.

“La Valette” tfakkar il-Mitt Sena mit-twaqqif taghha

Fl-1994 Il-Kan John Ciarlo hareg ktieb dwar l-ewwel mitt sena ta’ Storja tas-Socjeta` Filarmonika Nazzjonali “La Valette”. Fih wiehed isib xmara ta’ taghrif storiku, huwa ktieb bl-istorja dettaljata tal-grajjiet kollha li ghaddiet minnhom is-Socjeta` fl-ewwel mitt sena taghha.


 fuq
Monument lil Gorg Borg Olivier 

Hekk kif miet il-President tas-Socjeta` Nazzjonali “La Valette” fl-1980, il-kumitat ghamillu bust fis-sala imsemmija ghalih ghalkemm diga’ kien hemm iehor aktarx xoghol l-iskultur Russu Edwars. L-iehor huwa ta’ Marco Montebello u gie inawgurat fil-5 ta’Novembru, 1982.

Monument lil Gorg Borg Olivier

 fuq
In-Nutar Joseph Cachia 1981-1986

Wara l-mewt ta’ Dr. G. Borg Olivier il-kumitat tas-Socjeta` laqqa Seduta Generali li nzammet nhar l-Erbgha 14 ta’ Jannar 1981, fejn gie mahtur bhala President Dr. Joseph Cachia, li gie elett b’akklamazzjoni.

In-Nutar Joseph Cachia jidher hdejn gorg Borg Oliver

 fuq
Nazionale 

Sabiex terga tibda tuza il-kelma “Nazionale” din kellha tigi approvata b’ittra tal-Gvern Malti bid-data 31 ta’ Jannar 1990. B’hekk illum is-Socjeta` hija kburija li bid-dritt it-titolu “Nazionale” huwa rikonoxxut lilha ufficjalment.


 fuq
Ktejjeb Informattiv

F’Novembru tas-sena 1992 harget l-ewwel publikazzjoni ta’ ktejjeb informattiv dwar is-Socjeta` Filarmonika Nazzjonali “La Valette”. Rivista simili kienet tohrog fl-1925 1928.


 fuq
Mro. Carmelo Pace 

Is-Socjeta` “La Valette” kienet onorata personalment minn Mro Carmelo Pace billi gie il-Kazin waqt riceviment u irregala l-bust tieghu bhala turija tal-kollaborazzjioni li dejjem xtaq jaghti lis-Socjeta`.

 


 fuq
Muzicisti li hargu mill-banda "La Valette" 

Muzicisti distinti li hargu mill-banda tas-Socjeta` “La Valette” huma Joseph Stivala, Ganni Vella, Willie Attard, Eddie Lowell, Carmelo Xerri (Xercarm) John Mamo, Paolo Bonnici, Rosario Mizzi. Paul Arnaud.


 fuq
"La Valette" Mija u Ghoxrin Sena 

Fis-17 ta’ Ottubru 1994, “La Valette” iccelebrat gheluq il-120 sena mit-twaqqif taghha. Ghal dan il-ghan saret press conference, programm u prezentazzjoni ta’ ktieb, quddiesa ta’ radd il-hajr f’San Pawl, kuncert generali fl-Istitut Kattoliku, kuncert sinfoniku, quddies u korteo fic-cimiterju ta’ l-Addolorata bi tqeghid ta’ kuruni fuq l-oqbra tas-Socjeta`, filghodu u filghaxija serata fil-kazin mill-Piccola Banda, wirja storika, billiards kompetizzjoni Semi final, kuncert fil-kazin , dinner dance, quddiesa ta’ l-gheluq fil-knisja tal-Karmnu.


 fuq
Lord Mayor 

Vizita ta’ kortesija saret mil-Lord Mayor of London John Clastrey, nhar 10 ta’ April 1996. Is-sindku tal-Belt is-Sur Hector Bruno kien prezenti. Gew milqugha mill-Vici President u membri tal-kumitat.


 fuq
Festa tal-Qalb ta' Gesu 

Din il-festa ilha tigi ccelebrata mis-Socjeta` sa mis-sena 1923 u ghada tigi ccelebrata sal-lum.

Festa tal-Qalb ta’ Gesu

 fuq
Kuncert Sinfoniku Kommemorattiv

Nhar it-Tlieta 25 ta’ Marzu 1997, is-Socjeta` Filarmonika Nazzionale “La Valette” flimkien ma’ L-Arcikonfraternita` tas-SS.Mu Kurcifiss tal-knisja ta’ Giesu l-Belt, ikkommemorat l-gheluq il-mitt sena tas-sehem ta’ “La Valette” waqt il-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira.  


 fuq
Kotba mahruga dwar l-Istorja ta' "La Valette" 

L-Istorja tal-Banda Muzikali Beltija “La Valette” miktuba minn A.S. Fiteni 1897; Sorjia tal-Primaria u Premiata Banda Cittadina “La Valette” 1874-1909 ta’ Michele Costa; Socjeta` Filarmonika Nazionale “La Valette” Grajja Dokumentata ta’ Robbie Mifsud Bonnici 1959; u l-ahhar wiehed kien Socjeta` Filarmonika Nazionale “La alette” L-ewwel Mitt Sena Storja 1874 -1974 tal-Kan. John Ciarlo` 1974.


 fuq
Mija Hamsin u Ghoxrin Sena ta' Anniversarju

Fl-1999 is-Socjeta` Filarmonika Nazzjonali “La Vallette” fakkret il-125 sena mit-twaqqif tas-Socjeta`, ghal dan il-ghan hija fasslet programm ta’ attivitajiet li kienu jinkludu:-

Tqeghid ta` Kuruni mad-dar tal-fundatur tas-Socjeta` Paolo Darmanin u mal-Monumenti ta` l-Ex President i Sir Ugo Mifsud u Dr. G. Borg Olivier; wirja bil-video dwar is-Socjeta`, tahdita mill-Imhallef Joseph A. Filletti; Kuncert minn Freddie Mizzi u l-banda tieghu; zjarat lill-President ta’ Malta u lill-Prim Ministru; kompetizzjoni tal-billiards fil-kazin, marcijiet fil-Belt Valletta, kuncert mill-Piccola Banda tas-Socjeta; qudddiesa solenni fil-Knisja kollegjata ta’ San Pawl; kuncert operistiku fil-Kazin; inawgurazzjoni ta` lapida Kommemorattiva fil-Kazin; scholarships imnedija mill-kazin fl-okkazjoni ta’ l-anniversarju; zjart lill-membri anzjani tas-Socjeta`; serata divertenti fl-Istitut Kattoliku, marcijiet minn baned barranin, dik ta’ Tas-Sliema u “Queen Victoria” taz-Zurrieq u Kuncert ta’ l-Anniversarju fl-Istitut Kattoliku.


 fuq
Il-Kuncert tal-Millenju 

Is-Socjeta` Filarmonika Nazzjonali “La Valette” ghall-okkazjoni tal-Milennju tat Kuncert Sinfoniku flimkien mal-Kor ta’ San GIljan fil-bitha tal-Palazz il-Belt Valletta.


 fuq
Solisti u Pjanu

F’Ottubru 2000 is-Socjeta` ipprezentat kuncert fit-teatru tal-kavallier ta’ San Gakbu. Kienet l-ewwel Socjeta` li pprezentat serata f’dan ic-centru gdid.


 fuq
Dr. Albert Borg Olivier De Puget 1986-1992 

-Avukat Albert Borg Olivier de Puget gie elett President tas-Socjeta` fl-1986 wara l-mewt mhux mistennija tan-Nutar Joseph Cachia.



 fuq
Dr. Francis Portanier B.A. (Hons) LLD. 

F’seduta Generali li saret fil-kazin “La Valette” nhar ……….. 1992 gie elett Dr. Francis Portanier LL.D., bhala President tas-Socjeta.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Developed by echo Designs - Malta