Messaġġ mis-Segretarju Ġenerali u PRO tas-Soċjeta Filarmonika Nazzjonali La Valette.

Ħbieb,

Merħba fis-sit uffiċċjali tas-Soċjeta Filamonika Nazzjonali 'La Valette'Dan is-sit ġie imtellgħa f'Novembru tas-sena 2005 wara li nħasset il-ħtieġa li jkollna preżenza fuq l-internet b'materjal informattiv fuq is-Soċjeta` tagħna li ilha mwaqqfa sa mill-1874 u tul iż-żminijiet kisbet suċċessi kbar li llum ta' min niftaħru bihom.  Biss huwa dmir u sagrifiċċju tagħna lkoll li nibqgħu nsegwu l-passi ta' missirijietna biex is-Soċjeta tagħna tkompli tikber u timxi l-quddiem fi żminijiet tal-lum.

Għaldaqstant nistiednukhom sabiex tidħlu f'dan is-sit elettroniku tagħna fejn hawnhekk ser tinagħtaw informazzjoni dettaljata sabiex issiru tafu aħjar is-Soċjeta Filarmonika Nazzjonali 'La Valette' u dak li wettaqna u li rnexxielna niksbu matul iż-żminijiet.

 

Paul Spiteri